Edizzjoni Speċjali: Daphne image
S1 · Antenni Suspettużi
Edizzjoni Speċjali: Daphne
54 Plays
7 months ago

Edizzjoni speċjali ta' Antenni Suspettużi ddedikata lill-memorja ta' Daphne Caruana Galizia li nqatlet sitt snin ilu, fis-16 t'Ottubru 2017.

F'din il-poddata, Clare Azzopardi, awtriċi u attivista ma' PEN Malta, tkellimna dwar ktieb speċjali, mafkar poetiku lil Daphne, li se jitnieda nhar it-Tnejn 9 ta' Ottubru.

Huwa ktieb b'poeżiji minn Malta u minn madwar id-dinja miktuba speċifikament sabiex ma ninsewx.

Ma ninsewx li sitt snin mill-qtil tagħha għadha ma seħħitx ġustizzja ma' Daphne u mal-familja tagħha.

Ma ninsewx li sitt snin minn meta tpoġġiet il-bomba fil-karozza tagħha, il-mafjużi u l-kriminalità organizzata għadhom qed jorqdu fl-istess sodda mal-uffiċjali ta' Kastilja, fl-uffiċċju tal-Prim Ministru, b'impunità assoluta.

Ma ninsewx li l-istess korruzzjoni rampanti li kixfet Daphne għadha għaddejja bl-iktar mod sfaċċat, fejn bl-iktar mod offensiv, il-Prim Ministru nnifsu qed jiskuża l-ministri u l-awtoritajiet korrotti taħtu.

Ma ninsewx li r-riformi meħtieġa, kruċjali sabiex ikollna verament il-protezzjoni tal-ġurnalisti, kittieba u attivisti, kif ukoll il-protezzjoni tal-libertà tal-kelma u l-informazzjoni, għadhom fil-friża għaliex il-Prim Ministru Robert Abela ma jridx imexxihom.

Il-ktieb se jitnieda nhar it-Tnejn 9 t'Ottubru fis-7.30pm fil-Grand Hotel Excelsior, il-Floriana. Pubblikazzjoni ta' PEN Malta u MidSea Books flimkien ma' PEN International u bl-għajnuna tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Inħeġġukom tattendu - kulma għandkom tagħmlu biex tirreġistraw l-interess huwa li tibagħtu email lil admin@midseabooks.com.

---

A special edition of our podcast dedicated to the memory of Daphne Caruana Galizia, the journalist who was assassinated six years ago on 16 October 2017.

In this podcast, author and PEN Malta activist Clare Azzopardi speaks about a special book that will be launched on Monday 9 October: "Daphne - A Memorial in Verse", with poems from around the world written so we never forget.

We don't want to forget that six years since her assassination, there is still no justice for Daphne and her family.

We don't want to forget that six years since the bomb was planted in her car, the mafia and institutionalised crime is still in bed with the officials in the Office of the Prime Minister enjoying total impunity.

We don't want to forget that the same rampant corruption that Daphne uncovered is still ongoing, with the Prime Minister offensively excusing the corrupt ministers and authorities that he is responsible for.

We don't want to forget that the essential reforms to our media laws, freedom of expression and information, and laws that would truly protect journalists, authors, whistleblowers and activists are stalled because Prime Minister Robert Abela does not want to enact them.

The book launch is on Monday 9 October at 7.30pm at the Grand Hotel Excelsior in Floriana, Malta. It is published by PEN Malta and MidSea Books together with PEN International and with partial funding from the National Book Council.

To attend please send an email to register at admin@midseabooks.com

Twitter: @MaltaPEN

Facebook: PENMalta

Instagram: @pen_malta

Wesbite: https://pen.org.mt/

Email: PENMalta@gmail.com

Recommended