F'dan l-ewwel episodju tat-tieni staġun ta' Antenni Suspettużi niltaqgħu ma' Davinia Hamilton. Awtriċi, attriċi, drammaturga u attivista li għamlet isem fir-Renju Unit, fejn tgħix, speċjalment fil-qasam tad-drama. Imma fil-qofol tax-xogħol l-iżjed magħruf tagħha hemm Malta. Malta il-gżira turistika, Malta kattolika, Malta li tikkontrolla l-ġisem tal-mara.
Minn Londra Hamilton titkellem dwar id-dramm tagħha Blanket Ban, li ntlaqa' tajjeb ħafna hemmhekk u l-Iskozja. Dramm li jikxef it-trawma tan-nisa Maltin li jeħtieġu l-abort.
Hamilton titkellem ukoll dwar l-esperjenza tagħha bħala immigranta, li tittratta fil-kitbiet tagħha, u dwar il-proġetti ġodda li qed taħdem fuqhom.
Antenni Suspettużi huwa l-podcast ta' PEN Malta mal-awturi ta' żmienna. Joħroġ nhar ta' Tlieta.
Jippreżenta: Karl Schembri
Riċerka: Clare Azzopardi
---
In this first episode from the second season of Antenni Suspettużi we meet Davinia Hamilton. An author, actress, playwright and activist who broke ground in the UK, where she lives, particularly in drama. Her most known work centres around Malta - touristic Malta, Catholic Malta, a Malta that controls women's bodies.
From London, Hamilton speaks about her play Blanket Ban, which was received to critical acclaim there and in Scotland. It is a play which exposes the trauma Maltese women who need abortion go through.
Hamilton also speaks about her experience as a migrant and how she treats it in her writings, as well as about her new projects.
Antenni Suspettużi is PEN Malta's weekly podcast with contemporary authors.
Host: Karl Schembri
Researcher: Clare Azzopardi
Twitter: @MaltaPEN
Facebook: PENMalta
Instagram: @pen_malta
Wesbite: https://pen.org.mt/
Email: [email protected]